29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2017 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (BURLINGTON THE ORIGINAL

(Kawża T-121/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva BURLINGTON THE ORIGINAL - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti BURLINGTON u BURLINGTON ARCADE - Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali BURLINGTON ARCADE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li s-sinjifikat tiegħu ma huwiex biss lokali - Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 2017/1001) - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 2017/1001)””))

(2018/C 032/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tulliallan Burlington Ltd (Saint-Hélier, Jersey) (rappreżentant: A. Norris, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Burlington Fashion GmbH (Schmallenberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Parr, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Jannar 2016 (Każ R 2501/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tulliallan Burlington u Burlington Fashion.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tulliallan Burlington Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.