6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Banca Monte dei Paschi di Siena u Banca Widiba vs EUIPO – ING-DIBa (WIDIBA)

(Kawża T-83/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea WIDIBA - Trade mark nazzjonali preċedenti DiBa - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (CE) Nru 207/2009 - Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Dmir ta’ viġilanza”])

(2017/C 374/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Banca Monte dei Paschi di Siena SpA (Siena, l-Italja) u Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: L. Trevisan u D. Contini, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u J. García Murillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ING-DIBa AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Gerling u M. Wolpert-Witzel, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-26 ta’ Novembru 2015 (Każijiet magħquda R 112/2015-2 u R 190/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ING-DIBa u Banca Monte dei Paschi di Siena.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Banca Monte dei Paschi di Siena SpA u Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016.