21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2017 – Pirelli Tyre vs EUIPO (Żewġ strixxi mgħawġa mqiegħda fuq il-ġenb ta’ tajer)

(Kawża T-81/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea li tirrapreżenta żewġ strixxi mgħawġa f’linja ċirkonferenzjali mqiegħda fuq il-ġenb ta’ tajer - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2017/C 277/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pirelli Tyre SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: T.M. Müller u F. Togo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 1019/2015-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark ta’ żewġ strixxi mgħawġa f’linja ċirkonferenzjali mqiegħda fuq il-ġenb ta’ tajer.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pirelli Tyre SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 156, 2.5.2016.