3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2018 – Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-79/16) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Sistema ta’ għajnuna marbuta mal-akkwist issussidjat jew mat-tpoġġija għad-dispożizzjoni bla ħlas ta’ żoni naturali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern fi tmiem il-fażi preliminari ta’ eżami - Assenza ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali - Locus standi - Kunċett ta’ parti kkonċernata - Ammissibbiltà - Ksur ta’ drittijiet proċedurali - Diffikultajiet serji - Effett sostanzjali tal-pożizzjoni kompetittiva tal-impriżi f’kompetizzjoni”))

(2018/C 436/47)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters (Hoenderloo, il-Pajjiżi l-Baxxi) u l-21 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness I għas-sentenza (rappreżentanti: H. Viaene, D. Gillet u T. Ruys, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u S. Noë, aġenti)

Partijiet intervenjenti, insostenn tal-konvenuta: Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland (‘s-Graveland, il-Pajjiżi l-Baxxi), u t-12-il-intervenjenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II għas-sentenza (rappreżentanti: P. Kuypers u M. de Wit, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5929 finali, tat-2 ta’ Settembru 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27301 (2015/NN) – Pajjiżi l-Baxxi, marbuta mal-akkwist issussidjat jew mat-tpoġġija għad-dispożizzjoni bla ħlas ta’ żoni naturali, li ġie ippubblikata sinteżi tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, C 9, p. 1).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5929 finali, tat-2 ta’ Settembru 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27301 (2015/NN) – Pajjiżi l-Baxxi, marbuta mal-akkwist issussidjat jew mat-tpoġġija għad-dispożizzjoni bla ħlas ta’ żoni naturali, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters u mir-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness I.

3)

Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland u l-intervenjenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 118, 4.4.2016.