21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2017 – E-Control vs ACER

(Kawża T-63/16) (1)

([“Enerġija - Kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil transkonfinali ta’ elettriku - Deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ regolazzjoni li japprovaw il-metodi għall-għoti ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transkonfinali ta’ elettriku - Kompatibbiltà mar-Regolament (KE) Nru 714/2009 - Avviż tal-ACER - Kunċett ta’ deċiżjoni appellabbli quddiem l-ACER - Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ACER li tiċħad l-appell bħala inammissibbli - Żball ta’ liġi - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2017/C 277/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Energie-Control Austria für die Regulierung der Elektrizitäts- und Erdgaswirtschaft (E-Control) (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: F. Schuhmacher, avukat)

Konvenuta: Agence de coopération des régulateurs de l’énergie (ACER) (rappreżentant: E. Tremmel, aġent)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller u J. Vláčil, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent) u Polskie Sieci Elektroenergetyczne S.A. (Konstancin-Jeziorna, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Motylewski u A. Kulińska, sussegwentement H. Napieła u K. Figurska, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ACER A-001-2015, tas-16 ta’ Diċembru 2015, li tiċħad appell ippreżentat kontra l-Avviż tal-ACER Nru 09/2015, tat-23 ta’ Settembru 2015, dwar il-konformità tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ regolazzjoni li japprovaw il-metodi għall-għoti ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transkonfinali fl-Ewropa ċentrali u tal-Lvant bir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU L 211, p. 15), inklużi l-linji gwida dwar il-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità ta’ trasferiment disponibbli ta’ interkonnessjonijiet bejn sistemi nazzjonali, li jinsabu fl-Anness I ta’ dan ir-regolament.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Energie-Control Austria für die Regulierung der Elektrizitäts- und Erdgaswirtschaft (E-Control) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Agence de coopération des régulateurs de l’énergie (ACER).

3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tal-Awstrija u Polskie Sieci Elektroenergetyczne S.A. għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 156, 2.5.2016.