Kawża T-48/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Sigma Orionis vs Il-Kummissjoni (“Klawżola ta’ arbitraġġ — Is-Seba’ Programm Qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013) u l-Programm Qafas għar-riċerka u għall-innovazzjoni ‘Horizon 2020’ — Sospensjoni tal-pagamenti u xoljiment tal-kuntratti ta’ sussidju wara awditu finanzjarju — Talba għall-ħlas tal-ammonti dovuti mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti ta’ sussidju — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Sigma Orionis vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-48/16) ( 1 )
“(“Klawżola ta’ arbitraġġ — Is-Seba’ Programm Qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013) u l-Programm Qafas għar-riċerka u għall-innovazzjoni ‘Horizon 2020’ — Sospensjoni tal-pagamenti u xoljiment tal-kuntratti ta’ sussidju wara awditu finanzjarju — Talba għall-ħlas tal-ammonti dovuti mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti ta’ sussidju — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)”
2018/C 211/24Lingwa tal-kawża: il-FranċiżPartijiet
Rikorrenti: Sigma Orionis SA (Valbonne, Franza) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u M. Siekierzyńska, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lir-rikorrenti l-ammonti dovuti fuq il-bażi ta’ kuntratti konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013) u tal-Programm Qafas għar-Riċerka u għall-Innovazzjoni “Horizon 2020” u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostniet wara l-ksur mill-Kummissjoni tal-obbligi tagħha.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Sigma Orionis SA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |
( 1 ) ĠU C 98, 14.3.2016.