Kawża T-47/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Sigma Orionis vs REA (“Klawżola ta’ arbitraġġ — Programm Qafas għar-Riċerka u għall-Innovazzjoni ‘Horizon 2020’ — Sospensjoni tal-pagamenti ta’ ftehim ta’ sussidju wara awditu finanzjarju — Talba intiża għall-ħlas tal-ammonti dovuti mir-REA fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ ftehim ta’ sussidju”)
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Sigma Orionis vs REA
(Kawża T-47/16) ( 1 )
“(“Klawżola ta’ arbitraġġ — Programm Qafas għar-Riċerka u għall-Innovazzjoni ‘Horizon 2020’ — Sospensjoni tal-pagamenti ta’ ftehim ta’ sussidju wara awditu finanzjarju — Talba intiża għall-ħlas tal-ammonti dovuti mir-REA fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ ftehim ta’ sussidju”)”
2018/C 211/23Lingwa tal-kawża: il-FranċiżPartijiet
Rikorrenti: Sigma Orionis SA (Valbonne, Franza) (rappreżentanti: S. Orlandi, u T. Martin, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou u V. Canetti, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża għall-kundanna tar-REA sabiex tħallas lir-rikorrenti ammonti dovuti fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-Programm Qafas għar-Riċerka u għall-Innovazzjoni “Horizon 2020”.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Sigma Orionis SA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |
( 1 ) ĠU C 98, 14.3.2016.