28.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2017 – Alfonso Egüed vs EUIPO – Jackson Family Farms (BYRON)
(Kawża T-45/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva BYRON - Trade mark preċedenti mhux irreġistrata BYRON - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Sistema tal-azzjoni tal-‘common law’ kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off) - ‘Goodwill’ - Prova tal-kisba u tal-permanenza tad-dritt preċedenti”))
(2017/C 283/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nelson Alfonso Egüed (Madrid, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Jackson Family Farms LLC (Santa Rosa, California, l-Istati Uniti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2015 (Każ R 822/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Jackson Family Farms u N. Alfonso Egüed.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Nelson Alfonso Egüed huwa kkundannat għall-ispejjeż. |