12.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2018 – Novartis vs EUIPO – SK Chemicals (Rappreżentazzjoni ta’ garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda)

(Kawża T-44/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda - Raġuni assoluta għal rifjut - Sinjal li jikkonsisti esklużivament fil-forma tal-prodott li hija neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku - Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”])

(2018/C 094/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment M. R. Douglas, sussegwentement A. Nordemann-Schiffel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: SK Chemicals GmbH (Eschborn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Dissmann, J. Bogatz, u C. Lindenthal, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2015 (Każ R 2342/2014-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn SK Chemicals u Novartis.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Novartis AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.