|
18.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat–8 ta’ Novembru 2017 – De Nicola vs Il–Kunsill u Il–Qorti tal–Ġustizzja tal–Unjoni Ewropea
(Kawża T-42/16) (1)
((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Linji gwida dwar it-terapija bil-laser - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Terminu raġonevoli - Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ smigħ xieraq - Danni materjali - Danni morali - Talbiet imressqa mir-rikorrent fil-kuntest ta’ kawża pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Kawża mibgħuta parzjalment lura quddiem it-Tribunal”))
(2017/C 437/32)
Lingwa tal-kawża: it–Taljan
Partijiet
Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il–Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment L. Isola u G. Isola, sussegwentement G. Ferabecoli, avukati)
Konvenuti: Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Rebasti u M. Veiga, aġenti) u l–Qorti tal–Ġustizzja tal–Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Inghelram, P. Giusta u L. Tonini Alabiso, sussegwentement J. Inghelram, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament sofra, l-ewwel nett, minħabba l-adozzjoni mil-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti linji gwida dwar it-terapija bil-laser, it-tieni nett, minħabba t-tul allegatament eċċessiv tal-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea u quddiem il-Qorti Ġenerali fir-rigward tat-talba tiegħu għar-rimbors ta’ spejjeż mediċi marbuta ma terapija bil-laser, it-tielet nett, minħabba n-natura allegatament mhux xierqa ta’ dawn il-proċeduri u, ir-raba’ nett, minħabba d-diversi rikorsi li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u l-Qorti Ġenerali ġegħluh jippreżenta.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Carlo De Nicola huwa kkundannat għall-ispejjeż ta’ din il-kawża sostnuti kemm quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea. |
(1) ĠU C 279, 24.8.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-82/15).