22.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2017 – adp Gauselmann vs EUIPO (Juwel)

(Kawża T-31/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Juwel - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2018/C 022/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Schifko u A. Söder, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2015 (Każ R 2571/2014-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Juwel bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

adp Gauselmann GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C ##, ##.