12.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2016 – Caffè Nero Group vs EUIPO (CAFFÈ NERO)

(Kawża T-29/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CAFFÈ NERO - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Trade mark ta’ natura li tqarraq bil-pubbliku - Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 462/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Caffè Nero Group Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: L. Cassidy, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant M. Rajh, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Novembru 2015 (Każ R 410/2015-1), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CAFFÈ NERO bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Caffè Nero Group Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 106, 21.03.2016.