20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – Mast-Jägermeister vs EUIPO

(Kawża T-16/16) (1)

((“Disinn Komunitarju - Applikazzjoni għal disinni Komunitarji li jirrappreżentaw tazzi - Kunċett ta’ ‘rappreżentazzjoni xierqa għar-riproduzzjoni’ - Nuqqas ta’ preċiżjoni tar-rappreżentazzjoni rigward il-portata tal-protezzjoni mitluba - Rifjut li jiġu rrimedjati l-irregolaritajiet - Rifjut li tingħata data ta’ ffajljar - Artikoli 36 u 46 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikolu 4(1)(e) u Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002”))

(2017/C 086/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mast Jägermeister SE (Wolfenbüttel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. P. Schrammek, C. Drzymalla, S. Risthaus u J. Engberding, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Novembru 2015 (Każ R 1842/2015-3), rigward applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ tazzi bħala disinni Komunitarji.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mast-Jägermeister SE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 90, 7.3.2016.