10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/29


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-41/16)

(2016/C 371/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Meyer, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament jew tħassir tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li jitolbu r-rimbors tal-allowances tal-edukazzjoni allegatament irċevuti b’mod żbaljat mir-rikorrent u li jirrifjutaw lir-rikorrent allowances tal-edukazzjoni oħrajn, u l-kundanna tal-konvenut għall-ħlas tal-ammonti miżmuma.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-konvenut, tat-12 ta’ Mejju 2016, rigward l-ilmenti tar-rikorrent R/18/16 u R/19/16 u d-deċiżjonijiet li huma jikkontestaw rigward is-sena skolastika 2014/15;

sussidjarjament, iħassar id-deċiżjoni tal-konvenut, tat-12 ta’ Mejju 2016, rigward l-ilmenti tar-rikorrent R/18/16 u R/19/16 u d-deċiżjonijiet li huma jikkontestaw rigward is-sena skolastika 2014/15;

jikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent l-ammonti miżmuma b’mod żbaljat abbażi ta’ din id-deċiżjoni;

jikkundanna lis-SEAE għalsl-ispejjeż.