11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/52


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2016 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-25/16)

(2016/C 251/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tas-7 ta’ Lulju 2015 li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad AST 3 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2013 u t-talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tas-7 ta’ Lulju 2015 li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad AST3 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2013;

jikkundanna lis-SEAE biex iħallas kumpens ta’ EUR 15 000 lir-rikorrent;

jikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.