11.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/51 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-24/16)
(2016/C 251/60)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: F. Moyse, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba intiża sabiex tikseb mill-konvenuta r-reviżjoni tal-kalkolu tad-drittijiet finanzjarji tar-rikorrenti wara r-riżenja tagħha mill-Kummissjoni fl-2000.
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-15 ta’ Marzu 2016 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |