11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/51


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-23/16)

(2016/C 251/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Il-kumpens lir-rikorrent għad-danni materjali li huwa allegatament ġarrab minħabba fl-allegat dewmien fl-organizzazzjoni tal-eżerċizzju ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid għall-2013.

Talbiet

tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa kompletament id-dannu mġarrab mir-rikorrent minħabba fl-osservat dewmien fl-organizzazzjoni tal-eżerċizzju ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid għall-2013;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.