30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/52


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs EUIPO

(Kawża F-16/16)

(2016/C 191/76)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ uffiċjali promossi skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2015.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-24 ta’ Lulju 2015 li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad li jmiss (AST 8) fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni tal-konvenut għall-2015 billi isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ uffiċjali promossi skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2015, maħruġa fl-24 ta’ Lulju 2015.

tikkundanna lil konvenut għall-ispejjeż.