10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/22


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-14/16)

(2016/C 165/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Tymen, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix imġedded il-kuntratt bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt tar-rikorrenti kif ukoll it-talba għal danni għad-dannu morali allegatament imġarrab.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Mejju 2015 li tiċħad it-tiġdid tal-kuntratt tagħha;

sa fejn meħtieġ, jannulla d-deċizjoni impliċita li tiċħad it-tiġdid tal-kuntratt tagħha tal-31 ta’ Mejju 2015;

sa fejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tas-7 ta’ Diċembru 2015 li tiċħad l-ilment tagħha;

jordna l-kundanna tal-konvenut għall-ħlas ta’ danni, stabbiliti ex aequo et bono għal EUR 115 000, bħala kumpens għad-dannu morali tagħha;

jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.