10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/22


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2016 – ZZ vs Frontex

(Kawża F-12/16)

(2016/C 165/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix imġedded il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent kif ukoll it-talba għal kumpens għad-dannu allegatament imġarrab.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni kkontestata;

jagħti lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 12 000 għal dannu mġarrab fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.