30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/51


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2016 – ZZ vs L-Ombudsman Ewropew

(Kawża F-10/16)

(2016/C 191/74)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: Vasileios A. Christianos, avukat)

Konvenut: L-Ombudsman Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li ma tiġix aċċettata l-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta’ segretarju ġenerali tal-uffiċċju tal-Ombudsman u l-kundanna tal-konvenut għall-ħlas tad-danni fir-rigward tad-danni materjali u morali allegatament subiti mir-rikorrent.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tad-9 ta’ Novembru 2015 tal-Ombudsman Ewropew, li permezz tagħha dan tal-aħħar ċaħad l-ilmenti amministrattivi tar-rikorrent;

tannulla d-deċiżjoni tal-10 ta’ April 2015, li ċaħdet lir-rikorrent minn intervista, u d-deċiżjoni tas-16 ta’ Lulju 2015 li taħtar lil B.G. fil-pożizzjoni ta’ segretarju ġenerali tal-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew;

tordna lill-Ombudsman Ewropew iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 112 472,64 bħala kumpens għad-dannu materjali subit minn dan tal-aħħar;

tordna lill-Ombudsman Ewropew iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR tletin elf (30 000) bħala kumpens għad-dannu morali subit minn dan tal-aħħar;

tikkundanna lill-Ombudsman Ewropew għall-ispejjeż kollha tar-rikorrent.