25.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/38


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-7/16)

(2016/C 145/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-ammont tal-allowance kumpensatorja mħallsa lir-rikorrenti, li ġiet irreklutata taħt kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat irregolat bid-dritt Belġjan, u li tipprevedi l-irkupru tal-ammonti mħallsa żejjed.

Talbiet

Prinċipalment, jannulla n-nota tad-9 ta’ April 2015 tal-Kummissjoni (PMO) indirizzata lir-rikorrenti u r-rendikonti tar-remunerazzjoni li japplikawha sussegwentement u, sa fejn huwa neċessarju, in-nota tat-12 ta’ Diċembru 2014 u r-rendikonti tar-remunerazzjoni fformulati sussegwentement, f’dak li jirrigwarda l-kalkolu mill-ġdid tal-allowance kumpensatorja tagħha ta’ kull xahar, u iktar preċiżament:

in-nota tad-9 ta’ April 2015 tal-Kummissjoni Ewropea (Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali, PMO/1 – Remunerazzjoni u ġestjoni tad-drittijiet individwali pekunjarji) lir-rikorrenti;

ir-rendikonti tar-remunerazzjoni 04/2014 sa 06/2015 tar-rikorrenti u rendikonti tar-remunerazzjoni sussegwenti li jinkludu tnaqqis ta’ EUR 208,30 (kodiċi DPN – Remboursement dett) u rendikonti tar-remunerazzjoni sussegwenti;

in-nota preliminari tat-12 ta’ Diċembru 2014 tal-Kummissjoni Ewropea (Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali, PMO/1 – Remunerazzjoni u ġestjoni tad-drittijiet individwali pekunjarji) lir-rikorrenti.

Sussidjarjament, jannulla n-noti u r-rendikonti tar-remunerazzjoni sa fejn iwettqu tnaqqis applikat retroattivament mir-remunerazzjoni rċevuta mir-rikorrenti sad-9 ta’ April 2015;

Fi kwalunkwe każ, jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.