3.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/57


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 – Stanley vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-5/16) (1)

([Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Talba fis-sens tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għall-klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt - Tul raġonevoli - Assenza - Inammissibbiltà manifesta])

(2016/C 364/75)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: John Stanley (Apia, Samoa) (rappreżentant: O. Mader, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tikklassifika mill-ġdid il-kuntratt tar-rikorrenti bħala kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju u, sussidjarjament, talba għal kumpens għad-dannu materjali allegatament imġarrab.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

John Stanley għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 145, 25.4.2016, p. 37.