Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ Mejju 2017 – Foodcare vs EUIPO

(Kawża C-639/16 P)

“Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali T.G.R. ENERGY DRINK – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Dikjarazzjoni ta’ nullità”

1. 

Appell–Aggravji–Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi–Inammissibbiltà–Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi–Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament–Aggravju bbażat fuq żnaturament tal-fatti–Neċessità li jiġu indikati b’mod preċiż il-provi żnaturati u li jintwerew l-iżbalji ta’ analiżi li wasslu għal dan l-iżnaturament

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 168(1)(d))

(ara l-punt 5)

2. 

Appell–Aggravji–Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi–Inammissibbiltà–Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi–Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

(ara l-punt 5)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud.

2) 

Foodcare sp. z o.o. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.