20.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fis-27 ta’ Diċembru 2016 – CORPORATE COMPANIES s.r.o. vs Ministerstvo financí ČR
(Kawża C-676/16)
(2017/C 086/18)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CORPORATE COMPANIES s.r.o.
Konvenut: Ministerstvo financí ČR
Domanda preliminari
Il-persuni li, fil-kuntest tal-attività professjonali tagħhom, ibiegħu kumpanniji diġà rreġistrati fir-reġistru tal-kumpanniji u kkostitwiti bil-għan li jinbiegħu (kumpanniji “ready made”), li l-bejgħ tagħhom isir permezz tat-trasferiment ta’ sehem fil-kumpannija sussidjarja li qed tinbiegħ, jidħlu taħt l-iskop tal-Artikolu 2(1)(3)(ċ) u tal-Artikolu 3(7)(a) tad-Direttiva 2005/60/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu?