|
18.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 121/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Bluebell Partners Limited vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)
(Kawża C-657/16)
(2017/C 121/16)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bluebell Partners Limited
Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)
Domanda preliminari
L-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, fuq offerti ta’ xiri (1), fid-dawl tal-prinċipji ġenerali previsti mill-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, kif ukoll tal-applikazzjoni korretta tal-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ proporzjonalità, ta’ raġonevolezza, ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni, jipprekludu leġizlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 106(3)(d)(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998 (liġi kkonsolidata tad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ intermedjazzjoni finanzjarja, fis-sens tal-Artikoli 8 u 21 tal-Liġi Nru 52 tas-6 ta’ Frar 1996), kif emendat, u bħall-Artikolu 47 octies tad-deċiżjoni tal-Commissione Nazionale per le Società e la Borsa – Consob Nru 11971, tal-14 ta’ Mejju 1999 (regolament ta’ applikazzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998, dwar ir-regolamentazzjoni tal-emittenti), kif emendata, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet, billi jippermettu lill-Consob iżżid il-prezz tal-offerta pubblika ta’ xiri, prevista fl-Artikolu 106 imsemmi hawn fuq meta tiġi kkonstatata l-kollużjoni bejn l-offerent jew il-persuni li jaġixxu bi ftehim miegħu u bejjiegħ wieħed jew iktar, jillimitaw ruħhom li jirreferu għall-kriterju tal-“prezz ikkonstatat” mingħajr ma jispeċifikaw il-parametri u l-kriterji ta’ din il-konstatazzjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 20.