18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Finmeccanica SpA vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

(Kawża C-656/16)

(2017/C 121/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finmeccanica SpA

Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

Domanda preliminari

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, fuq offerti ta’ xiri (1), fid-dawl tal-prinċipji ġenerali previsti mill-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, kif ukoll tal-applikazzjoni korretta tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Ewropew ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ proporzjonalità, ta’ raġonevolezza, ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni, jipprekludi leġizlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 106(3)(d)(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998 (liġi kkonsolidata tad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ intermedjazzjoni finanzjarja, fis-sens tal-Artikoli 8 u 21 tal-Liġi Nru 52 tas-6 ta’ Frar 1996), kif emendat, u bħall-Artikolu 47 octies tad-deċiżjoni tal-Commissione Nazionale per le Società e la Borsa – Consob Nru 11971, tal-14 ta’ Mejju 1999 (regolament ta’ applikazzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998, dwar ir-regolamentazzjoni tal-emittenti), kif emendata, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu lill-Consob iżżid il-prezz tal-offerta pubblika ta’ xiri, prevista fl-Artikolu 106 imsemmi hawn fuq meta tkun issodisfatta l-kundizzjoni li tgħid li “kien hemm kollużjoni bejn l-offerent jew il-persuni li jaġixxu bi ftehim ma’ dan tal-aħħar u bejjiegħ wieħed jew iktar”, mingħajr ma tispeċifika l-aġir speċifiku li jikkostitwixxi dan il-kunċett ta’ kollużjoni, u għaldaqstant mingħajr ma tiddetermina b’mod ċar iċ-ċirkustanzi u l-kriterji li fil-preżenza tagħhom il-Consob hija awtorizzata żżid il-prezz tal-offerta pubblika ta’ xiri?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 20.