27.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-23 ta’ Novembru 2016 – Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob) vs Antonio Zecca

(Kawża C-597/16)

(2017/C 063/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

Konvenut: Antonio Zecca

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta qorti tagħti deċiżjoni finali li tikkonstata li l-konvenut ma wettaqx ir-reat allegat, huwa jipprekludi, mingħajr il-ħtieġa għall-qorti nazzjonali li tagħmel evalwazzjoni ulterjuri, it-tnehdija jew il-prosekuzzjoni ta’ proċedimenti ulterjuri bbażati fuq l-istess fatti bil-għan tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet li, minħabba n-natura u l-gravità tagħhom, għandhom jitqiesu bħala kriminali?

2)

Fl-evalwazzjoni tal-effettività, tal-proporzjonalità u tan-natura dissważiva tas-sanzjonijiet, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-limiti għas-sanzjonijiet kriminali stabbiliti fid-Direttiva 2014/57/UE? (1)


(1)  Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas-suq (direttiva dwar l-abbuż tas-suq) (ĠU 2014, L 173, p. 179).