23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Ir-Renju Unit) fl-10 ta’ Novembru 2016 – Merck Sharp vs Designs Comptroller-General of Patents, Desings and Trade Marks

(Kawża C-567/16)

(2017/C 022/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Merck Sharp

Konvenuti: Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks

Domandi preliminari

1)

Avviż ta’ tmiem tal-proċedura maħruġ mill-Istat Membru ta’ riferiment skont l-Artikolu 28(4) tad-Direttiva 2001/83/KE (1), tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, qabel l-iskadenza tal-privattiva bażika, għandu jitqies bħala ekwivalenti għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq għall-finijiet tal-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kodifikata) (ir-“Regolament “ĊPS”), b’tali mod li persuna li tressaq applikazzjoni għal ĊPS fl-Istat Membru inkwistjoni hija intitolata li tapplika u li tingħata ĊPS abbażi tal-avviż ta’ tmiem tal-proċedura?

2)

Jekk it-tweġiba għad-domanda (1) hija le; fl-istess ċirkustanzi tad-domanda 1, l-assenza ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq mogħtija fl-Istat Membru inkwistjoni fid-data tal-applikazzjoni għal ĊPS f’dak l-Istat Membru tikkostitwixxi irregolarità li tista’ tiġi rrimedjata skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament ĊPS ladarba tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69

(2)  ĠU L 152, p. 1