16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (Ir-Renju Unit) fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Kubota (UK) Limited, EP Barrus Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-545/16)

(2017/C 014/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kubota (UK) Limited, EP Barrus Limited

Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/221 (1) dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda huwa invalidu sa fejn huwa jikklassifika l-vetturi speċifikati fir-Regolament taħt il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) 8704 21 91 u mhux il-kodiċi tan-NM 8704 10?

2)

B’mod partikolari, ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/221 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda huwa invalidu sa fejn huwa: jirrestrinġi indebitament l-ambitu tas-subintestatura 8704-10; jieħu inkunsiderazzjoni fatturi inammissibbli; huwa intrinsikament inkonsistenti; ma jiħux inkunsiderazzjoni b’mod xieraq in-noti ta’ spjega, tal-intestaturi tan-NM u tar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM; u/jew ma jiħux inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti rilevanti identifikati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-intestatura 8704 10 tan-NM?


(1)  Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/221, tal-10 ta’ Frar 2015, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 37, p. 1).