16.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 14/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (Ir-Renju Unit) fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Marcandi Limited, trading as “Madbid” v Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
(Kawża C-544/16)
(2017/C 014/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Marcandi Limited, trading as “Madbid”
Konvenuti: Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs
Domandi preliminari
1. |
Fuq l-interpretazzjoni korretta tal-Artikoli 2(1), 24, 62, 63, 65, u 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali:
u liema prinċipji għandhom jiġu applikati sabiex jiġu ddeterminati r-risposti għal dawn id-domandi? |
2. |
Fuq l-nterpretazzjoni korretta tal-Artikoli 2(1), 14, 62, 63, 65, 73 u 79(b) tad- Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, liema, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, huwa l-ħlas miksub minn Madbid bħala korrispettiv tal-provvista ta’ merkanzija li twettaq lill-utenti, għall-finijiet tal-Artikoli 2(1)(a) u 73? B’mod partikolari, u meta tittieħed inkunsiderazzjoni r-risposta għad-Domanda 1:
jew liema prinċipji għandhom jiġu applikati sabiex tiġi ddeterminata r-risposta għal dawn id-domandi? |
3. |
Meta żewġ Stati Membri jittrattaw tranżazzjoni b’mod differenti għall-finijiet tal-VAT, sa fejn għandhom il-qrati ta’ wieħed minn dawn l-Istati Membri jieħdu inkunsiderazzjoni, meta jinterpretaw id-dispożizzjonijet rilevanti tad-dritt tal-UE u d-dritt nazzjonali, il-bżonn ta’ ħelsien:
u liema rilevanza għandu fuq din il-kwistjoni l-prinċipju ta’ newtralità fiskali? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 347, p. 1