9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/30


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka

(Kawża C-541/16)

(2017/C 006/37)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Grønfeldt u J. Hottiaux, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka

Talbiet

tiddikjara li r-Renju tad-Danimarka ma osservax l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 2(6) moqri flimkien mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, […] dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija

tikkundanna lir-Renju tad-Danimarka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1072/2009 jirregola b’mod eżawrjenti l-aċċettazzjoni ta’ trasportaturi għat-trasporti ta’ kabotaġġ taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-istess artikolu. Id-dispożizzjoni ma tistabbilixxix in-numru massimu ta’ postijiet ta’ tagħbija u/jew ta’ ħatt tul l-istess trasport ta’ kabotaġġ. Il-limitu għal tliet trasporti ta’ kabotaġġ ma jfissirx li trasport ta’ kabotaġġ għandu jinkludi numru stabbilit ta’ postijiet ta’ tagħbija u/jew ta’ ħatt.

Skont il-leġiżlazzjoni Daniża, trasport ta’ kabotaġġ jista’ jikkollega jew diversi postijiet ta’ tagħbija jew diversi postijiet ta’ ħatt, iżda mhux iż-żewġ tipi ta’ postijiet. Il-leġiżlazzjoni Daniża tipprekludi lit-trasportaturi mhux residenti milli jwettqu trasport ta’ kabotaġġ li jikkollega diversi postijiet ta’ tagħbija u ta’ ħatt, u dan jikkostitwixxi limitazzjoni tal-possibbiltajiet għal dawn l-impriżi li jwettqu trasporti ta’ kabotaġġ fid-Danimarka skont ir-Regolament Nru 1072/2009.


(1)  Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, […] dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU 2009, L 300, p. 72).