30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Ottubru 2016 – Kevin Joseph Devine vs Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo SA

(Kawża C-538/16)

(2017/C 030/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Kevin Joseph Devine

Konvenuta: Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo SA

Domandi preliminari

1)

Il-punt 1(a) tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1512/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni “fi kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt” tkopri wkoll dritt għall-kumpens finanzjarju previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (2), invokat fir-rigward ta’ trasportatur tal-ajru effettiv li ma huwiex il-parti kontraenti l-oħra fil-kuntratt mal-passiġġier ikkonċernat?

2)

Fl-ipoteżi li l-punt 1 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 japplika:

Għandu jitqies li, fir-rigward ta’ trasport ta’ persuni mwettaq fuq żewġ titjiriet, mingħajr waqfa kunsiderevoli fl-ajruport ta’ konnessjoni, id-destinazzjoni finali tal-passiġġier hija l-post ta’ eżekuzzjoni fis-sens tat-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2004, ukoll meta d-dritt għall-kumpens finanzjarju previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 261/2004, invokat fir-rikors, ikun ibbażat fuq inċident li seħħ fl-ewwel parti tat-titjira u meta r-rikors ikun ippreżentat kontra t-trasportatur tal-ajru effettiv tal-ewwel titjira li ma huwiex il-parti kontraenti l-oħra fil-kuntratt ta’ trasport?


(1)  ĠU L 351, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.