12.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 462/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (l-Awstrija) fit-3 ta’ Ottubru 2016 – Erzeugerorganisation Tiefkühlgemüse e. Gen. vs Agrarmarkt Austria
(Kawża C-516/16)
(2016/C 462/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Erzeugerorganisation Tiefkühlgemüse e. Gen
Konvenuta: Agrarmarkt Austria
Domandi preliminari
1.1 |
L-Artkoli 65, 66 u 69 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 (1), tal-21 ta’ Diċembru 2007, li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex, kif ukoll (sa mit-23 ta’ Ġunju 2011) l-Artikoli 64, 65 u 68 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2), tas-7 ta’ Ġunju 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat, jimponu li d-deċiżjoni li tapprova l-programm operattiv u tal-ammont tal-fondi, jew modifika ta’ din id-deċiżjoni, kif ukoll li d-deċiżjoni dwar l-“ammont tal-għajnuna approvat” ma jkunux adottati sempliċement bħala komunikazzjoni, iżda, formalment, bħala deċiżjoni vinkolanti (tal-inqas provviżorjament), li l-applikant jista’ diġà minn qabel jikkontesta, jiġifieri indipendentement minn kontestazzjoni tad-deċiżjoni finali (skont l-Artikolu 70 tar-Regolament Nru 1580/2007 jew tal-Artikolu 69 tar-Regolament Nru 543/2011) dwar it-talba għal ħlas tal-għajnuna (ħlas definittiv)? |
1.2 |
Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni ċċitati fid-domanda I.1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, waqt l-adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet (fid-dispożittiv tad-deċiżjoni), il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jiġi stabbilit ukoll b’mod vinkolanti? |
1.3 |
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 69 u 70 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011, tas-7 ta’ Ġunju 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn qorti tiġi adita b’rikors ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ awtorità amminstrattiva li tat deċiżjoni finali, għal perijodu annwali speċifiku tal-programm operattiv, fuq talba għall-ħlas tal-għajnuna finanzjarja fil-kuntest ta’ programm operattiv, skont l-Artikolu 103 g(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tas-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 361/2008, tal-14 ta’ April 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”), din il-qorti hija prekluża, minħabba deċiżjoni definittiva diġà eżistenti dwar l-approvazzjoni tal-programm operattiv u tal-ammont tal-fondi, kif ukoll minħabba d-deċiżjoni dwar l-“ammont tal-għajnuna approvat”, li teżamina l-kwistjoni tal-legalità tal-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata li jintuża bħala bażi għall-iffissar tal-limitu massimu tal-għajnuna? |
1.4 |
Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domandi preliminari I.1, I.2 jew I.3: ir-Reglament (KE) Nru 1234/2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), b’mod partikolari l-Parti IX tal-Anness I tiegħu (“Frott u Ħxejjex”, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-“Kodiċi tan-NM ex 0709 […] Ħaxix ieħor, frisk jew imkessaħ […]”), u l-Parti X tal-istess anness (“Prodotti ta’ Frott u Ħxejjex proċessati”, f’dak li jikkonċerna l-“Kodiċi tan-NM ex 710 […] Veġetali, […] friżati”), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prodotti bbażati fuq ħxejjex, li jirriżultaw mill-kombinazzjoni tal-proċessi ta’ wara l-ħsad u li jikkonsistu fit-tindif, fil-qtugħ, fis-smit u fl-iffriżar, ma għandhomx jitqiesu bħala prodotti fis-sens tal-parti IX tal-Anness I, iżda bħala prodotti fis-sens tal-Parti X tal-Anness I? |
1.5 |
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda preliminari I.4: il-kunċett ta’ “valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata”, użat fl-Artikolu 103d(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 361/2008, tal-14 ta’ April 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”), għandu jiġi interpretat fis-sens li dan il-valur għandu jiġi kkalkolat b’tali mod li jittieħed inkunsiderazzjoni biss il-valur tal-produzzjoni, mingħajr il-valur li jikkorrispondi mal-istadju ta’ pproċessar, billi jitnaqqas il-valur tal-proċess fejn il-ħaxix maħsud, maħsul, imqatta’ u mismut huwa ttrasformat f’ħaxix iffriżat? |
I.6 |
L-Artikolu 51(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011, tas-7 ta’ Ġunju 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat, għandu jiġi interpretat fis-sens li organizzazzjoni ta’ produtturi li kienet ippreżentat programm ta’ għajnuna li jirrigwarda s-snin 2010 sa 2014 u li kien ġie approvat qabel l-20 ta’ Jannar 2010, iżda li, f’data sussegwenti (it-13 ta’ Diċembru 2013), kien is-suġġett ta’ approvazzjoni mmodifikata fejn ġie ddefinit mill-ġdid il-metodu ta’ kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għal dak il-programm, għadha tista’ tinvoka l-“leġiżlazzjoni applikabbli fl-2008” anki wara din il-modifika tal-programm operattiv (jiġifieri għall-għajnuna li kellha titħallas fis-sena 2014)? |
1.7 |
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għad-domandi preliminari I.5 u I.6: l-Artikolu 52(6)(a) u l-Artikolu 21(1)(i) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007, tal-21 ta’ Diċembru 2007, li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex, huma invalidi sa fejn, permezz ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, l-istadji ta’ pproċessar tal-ħxejjex maħsuda fejn il-ħxejjex huma pproċessati fi “prodott ieħor imniżżel fl-Anness I tat-Trattat KE” huma inklużi fil-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata? |
1.8 |
Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preliminari I.6 (u irrispettivament mir-risposta għad-domandi l-oħra): l-Artikolu 50(3)(d) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011, tas-7 ta’ Ġunju 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat, huwa invalidu? |
II.1 |
L-Artikolu 103c tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 361/2008, tal-14 ta’ April 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”), għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ “programm operattiv fis-settur ta’ frott u ħxejjex”, hija ammissibbli biss l-għajnuna għall-promozzjoni tal-produzzjoni ta’ prodotti li jistgħu jiġu kklassifikati bħala prodotti fis-sens tal-Parti IX tal-Anness I, iżda mhux ukoll l-għajnuna għall-promozzjoni tal-investimenti għall-ipproċessar ta’ dawn il-prodotti? |
II.2 |
Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda II.1: liema kundizzjoniiet u sa fejn l-Artikolu 103c tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 361/2008, tal-14 ta’ April 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”), jippermetti tali għajnuna għall-promozzjoni tal-investimenti għall-ipproċessar? |
II.3 |
L-Artikolu 60(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011, tas-7 ta’ Ġunju 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat, huwa invalidu? |
III.1 |
Il-punt 23 tal-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011, tas-7 ta’ Ġunju 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-esklużjoni mill-miżuri ta’ promozzjoni tirriżulta biss mil-lokalizzazzjoni ġeografika tal-investimenti f’art li tappartjeni lil terzi? |
III.2 |
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda III.1: il-punt 23 tal-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011, tas-7 ta’ Ġunju 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat, huwa invalidu? |
III.3 |
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda III.I u ta’ risposta negattiva għad-domanda III.2: ir-regola stabbilita fil-punt 23 tal-Anness IX tar-Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 543/2011 tikkostitwixxi dispożizzjoni ċara u inekwivoka sa fejn l-aspettattivi leġittimi ta’ operatur ekonomiku li jkun ibbenefika minn miżuri ta’ promozzjoni ta’ attivitajiet imwettqa f’art li tappartjeni lil terz iżda li jagħmlu parti mill-attivitajiet tiegħu, ma jkunux protetti, minkejja l-fatt li l-awtoritajiet nazzjonali jkunu taw dawn il-miżuri ta’ promozzjoni jew ikunu ntrabtu li jagħtuhom b’għarfien sħiħ taċ-ċirkustanzi? |
IV. |
Il-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tillimitax b’mod favorevoli għall-persuna kkonċernata l-effetti ta’ sentenza (fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE) fejn, permezz ta’ interpretazzjoni ġdida tad-dritt tal-Unjoni jew tal-annullament ta’ att ġuridiku tal-Unjoni meqjus sa dak iż-żmien bħala validu, ikun hemm konsegwenzi ġuridiċi dannużi għall-persuna kkonċernata, ikollu l-effett li din il-persuna, f’sitwazzjoni fejn jiġi stabbilit li qed taġixxi in bona fide, tiġi prekluża milli tibbaża ruħha fuq il-prinċipju ta’ ċertezza legali quddiem il-qorti nazzjonali filwaqt li tinvoka s-sitwazzjoni partikolari tagħha? |