5.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 454/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fis-26 ta’ Settembru 2016 – José Joaquim Neto de Sousa vs Estado Português

(Kawża C-506/16)

(2016/C 454/34)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: José Joaquim Neto de Sousa

Konvenut: Estado Português

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tat-Tieni (1) u tat-Tielet (2) Direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri, li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, jipprekludu li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprovdi l-kumpens tax-xufier responsabbli mill-inċident, għad-danni patrimonjali, fil-każ ta’ mewt tal-konjuġi li kien qed jakkumpanjah fil-vettura bħala passiġġier (ara l-Artikolu 7(3) tad-DL 522.85, tal-31 ta’ Diċembru, skont ir-redazzjoni mogħtija mid-DL 130/94, tad-19 ta’ Mejju)?


(1)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3).

(2)  It-Tielet Direttiva Tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249).