27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/4


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2016 minn Universal Protein Supplements Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi T-727/14 u T-728/14, UNIVERSAL PROTEIN SUPPLEMENTS vs EUIPO — H YOUNG HOLDINGS (ANIMAL)

(Kawża C-485/16 P)

(2017/C 095/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Universal Protein Supplements Corp. (rappreżentant: S. Malynicz QC)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), H Young Holdings plc

Permezz ta’ digriet tal-31 ta’ Jannar 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) iddikjarat l-appell inammissibbli.