|
24.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/13 |
Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 minn Moreda-Riviere Trefilerías, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/16 u T-438/12 sa T-441/12, Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-455/16 P)
(2016/C 392/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Moreda-Riviere Trefilerías, S.A. (rappreżentanti: F. González Díaz, A. Tresandi Blanco, V. Romero Algarra, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-438/12 sa T-441/12, u b’mod partikolari, fil-Kawża T-440/12, Moreda-Riviere Trefilerías, S.A. vs Il-Kummissjoni Ewropea; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kemm ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll ta’ dawk quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
|
1. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddikjarat inammissibbli l-motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti. |
|
2. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi applikat kriterju ġuridiku żbaljat fil-kuntest tal-evalwazzjoni tat-tieni talba ta’ assenza ta’ kapaċità kontributtiva u, għaldaqstant, tal-ammissibbiltà tar-rikors. |
|
3. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi jew żnaturament manifest tal-provi, ksur tal-obbligu li twettaq stħarriġ b’ġurisdizzjoni sħiħa u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kif ukoll nuqqas ta’ motivazzjoni. |