|
17.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 383/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Awwissu 2016 – Openbaar Ministerie vs Krzysztof Marek Poltorak
(Kawża C-452/16)
(2016/C 383/09)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Openbaar Ministerie
Konvenut: Krzysztof Marek Poltorak
Domandi preliminari
|
1) |
L-espressjonijiet “awtorità ġudizzjarja” prevista fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584/ĠAI (1) u “deċiżjoni ġudizzjarja” prevista fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584/ĠAI huma kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni? |
|
2) |
Fil-każ li l-ewwel domanda titlob risposta affermattiva: fuq il-bażi ta’ liema kriterji jista’ wieħed jiddetermina jekk awtorità tal-Istat Membru emittenti hijiex “awtorità ġudizzjarja” ta’ din in-natura u jekk il-mandat ta’ arrest Ewropew li hija ħarġet huwiex, minħabba f’hekk, “deċiżjoni ġudizzjarja” ta’ din in-natura? |
|
3) |
Fil-każ li l-ewwel domanda titlob risposta affermattiva: id-Direttorat Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali Svediża jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja” previst fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584/ĠAI u l-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minn din l-awtorità huwa, minħabba f’hekk, “deċiżjoni ġudizzjarja” bħal dik prevista fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584/ĠAI? |
|
4) |
Fil-każ li l-ewwel domanda titlob risposta negattiva: in-nomina ta’ awtorità nazzjonali tal-pulizija bħad-Direttorat Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali bħala awtorità ġudizzjarja emittenti hija konformi mad-dritt tal-Unjoni? |
(1) Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri – (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34).