17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussell (il-Belġju) fl-1 ta’ Awwissu 2016 – Liga van Moskeeën en Islamitische Organisaties Provincie Antwerpen et vs Vlaams Gewest

(Kawża C-426/16)

(2016/C 383/06)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Liga van Moskeeën en Islamitische Organisaties Provincie Antwerpen, VZW, Unie van Moskeeën en Islamitische Verenigingen van Limburg, VZW, Unie van Moskeeën en Islamitische Verenigingen Oost-Vlaanderen, VZW, Unie der Moskeeën en Islamitische Verenigingen van West-Vlaanderen, VZW, Unie der Moskeeën en Islamitische Verenigingen van Vlaams-Brabant, VZW, Association Internationale Diyanet de Belgique, IVZW, Islamitische Federatie van België, VZW, Rassemblement des Musulmans de Belgique, VZW, Erkan Konak, Chaibi El Hassan

Konvenuta: Vlaams Gewest

Parti oħra fil-proċedura: Global Action in the Interest of Animals, VZW

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(4) moqri flimkien mal-Artikolu 2(k) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 (1), huwa vvizzjat b’invalidità minħabba ksur tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, tal-Artikolu 10 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u/jew tal-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, inkwantu jipprevedi li l-annimali li huma suġġetti għal metodi partikolari ta’ qtil preskritti minn riti reliġjużi jistgħu jiġu maqtula mingħajr ma jiġu storduti biss f’biċċerija li tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 (2), minkejja l-fatt li fir-Reġjun Fjamming, fl-imsemmija biċċeriji ma teżistix kapaċità suffiċjenti sabiex tiġi ssodisfatta d-domanda li tirriżulta ta’ kull sena għal annimali maqtula bil-forma ritwali mingħajr ma jiġu storduti fl-okkażjoni tal-Festa Islamika tas-Sagrifiċċju, u l-oneri sabiex jiġu kkonvertiti temporanjament biċċeriji, għall-Festa Islamika tas-Sagrifiċċju, rikonoxxuti u kkontrollati mill-awtoritajiet, f’biċċeriji li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 ma jidhrux li huma rilevanti sabiex jintlaħqu l-għanijiet segwiti għall-benesseri tal-annimali u tas-saħħa pubblika u, għaldaqstant, ma jidhrux li huma proporzjonati?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009, tal-24 ta’ Settembru 2009, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (ĠU 2009, L 303, p. 1).

(2)  Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 14)