14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Lulju 2016 – Vera Egenberger vs Evangelisches Werk für Diakonie u Entwicklung e.V.

(Kawża C-414/16)

(2016/C 419/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vera Egenberger

Konvenuta: Evangelisches Werk für Diakonie und Entwicklung e.V.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2000/78/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li timpjega, bħall-konvenuta f’din il-kawża, jew inkella l-Knisja għaliha, tista’ tiddeċiedi hija stess, b’mod vinkolanti, li r-reliġjon speċifika ta’ kandidat tikkostitwixxi, minħabba n-natura tal-attività jew il-kuntest li fih hija eżerċitata, rekwiżit professjonali essenzjali, leċitu u ġġustifikat fid-dawl tal-etos tagħha?

2)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:

Dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, f’dan il-każ l-Artikolu 9(1), l-ewwel ipoteżi, tal-liġi ġenerali dwar l-ugwaljanza fit-trattament (AGG), li tipprovdi li inugwaljanza fit-trattament bbażata fuq ir-reliġjon f’każ ta’ impjieg minn komunitajiet reliġjużi u l-isituzzjonijiet affiljati ma’ dawn tal-aħħar hija wkoll leċita jekk, b’kunsiderazzjoni għall-identità proprja ta’ din il-komunità reliġjuża fid-dawl tad-dritt tagħha ta’ awtodeterminazzjoni, reliġjon partikolari tikkostitwixxi rekwiżit professjonali ġġustifikat, għandha tibqa’ mhux applikata f’kawża bħal dik preżenti?

3)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:

Liema rekwiżiti għandhom jiġu imposti, bħala rekwiżit professjonali essenzjali, leċitu u ġġustifikat, għan-natura tal-attività jew għall-kuntest li fih hija eżerċitata, fid-dawl tal-etos tal-organizzazzjoni, skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2000/78/KE?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.