17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fid-19 ta’ Lulju 2016 – Soufiane El Hassani vs Minister Spraw Zagranicznych

(Kawża C-403/16)

(2016/C 383/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Soufiane El Hassani

Konvenut: Minister Spraw Zagranicznych

Domanda preliminari

L-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (1), fid-dawl tal-premessa 29 tal-Kodiċi dwar il-Viżi u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu rimedju effettiv (appell) quddiem organu ġudizzjarju?


(1)  ĠU L 243, p. 1