29.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/16


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-388/16)

(2016/C 314/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Nicolae u S. Pardo Quintillán, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta Spanja

Talbiet

tikkonstata li, meta naqas milli jadotta l-miżuri sabiex jeżegwixxi s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-11 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża C-576/13 (1), Il-Kummissjoni vs Ir-Renju ta’ Spanja, dwar in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi li għandu r-Renju ta’ Spanja taħt l-Artikolu 49 TFUE, ir-Renju ta’ Spanja naqas mill-obbligi li għandu taħt l-Artikolu 260 TFUE;

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja jħallas lill-Kummissjoni pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 134 107,2 għal kull jum ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-576/13, mill-jum tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża sal-jum tal-eżekuzzjoni totali ta’ din is-sentenza;

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja jħallas lill-Kummissjoni somma f’daqqa ta’ ammont ikkalkolat billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta’ kuljum ta’ EUR 27 522 bin-numru ta’ jiem tal-persistenza tal-ksur, mid-data li fiha ngħatat is-sentenza mogħtija fil-Kawża C-576/13 sa,

d-data li fiha r-Renju ta’ Spanja jadotta l-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-576/13, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li din l-adozzjoni seħħet qabel l-għoti tas-sentenza f’din il-kawża;

meta tingħata s-sentenza f’din il-kawża, fil-każ li s-sentenza mogħtija fil-Kawża C-576/13 ma tkunx ġiet eżegwita kompletament qabel din id-data.

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Renju ta’ Spanja ma adottax il-miżuri neċessarji sabiex jeżegwixxi s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża C-576/13, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju ta’ Spanja.


(1)  EU:C:2014:2430