17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Novara (l-Italja) fl-4 ta’ Lulju 2016 – Bruno Dell’Acqua vs Eurocom Srl, Regione Lombardia

(Kawża C-370/16)

(2016/C 383/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Novara

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bruno Dell’Acqua

Konvenuti: Eurocom Srl, Regione Lombardia

Domandi preliminari

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea qed tiġi mistoqsija jekk l-awtorizzazzjoni minn qabel skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1 tal-“Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea” (ĠU C 310, p. 261, 16.12.2004,) hijiex neċessarja jew le meta, fil-proċeduri ta’ infurzar f’idejn parti terza, il-flus maqbuda ma għadhomx f’idejn il-Kummissjoni Ewropea, iżda diġà ġew ittrasferiti lill-aġenziji ta’ pagamenti nazzjonali.