16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Mejju 2016 – SC Exmitiani SRL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj

(Kawża C-286/16)

(2016/C 296/26)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Exmitiani SRL

Konvenut: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj

Domandi preliminari

1)

F’sitwazzjoni bħal dik tal-kawża prinċipali, fejn l-att amministrattiv kontenzjuż ġie adottat qabel l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, filwaqt li d-deċiżjoni tal-awtorità fiskali fuq l-ilment kontra dan l-att ittieħdet wara l-adeżjoni, il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali jeħtieġ li l-liġi nazzjonali tiġi interpretata fid-dawl tad-direttiva Ewropea applikabbli dwar il-VAT (1)?

2)

Fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, il-prinċipju ta’ ċertezza legali għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi prassi tal-awtorità fiskali, li, abbażi tal-istess fatti, tislet konklużjonijiet differenti minn dawk tal-awtoritajiet responsabbli għall-proċeduri kriminali, fir-rigward tal-eżenzjoni mill-VAT ta’ servizzi direttament relatati għat-trasport internazzjonali ta’ persuni?

3)

Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regoli nazzjonali li bihom motivi bbażati fuq id-dritt Ewropew li ma tqajmux f’ilment amministrattiv ma jistgħux jiġu invokati fl-istadju tal-proċeduri ġudizzjarji?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 347, p. 1.