|
19.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 475/10 |
Appell ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2016 minn Grupo Bimbo, S.A.B. de C.V. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-18 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża T-33/15, Grupo Bimbo vs EUIPO (Bimbo)
(Kawża C-285/16 P)
(2016/C 475/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Grupo Bimbo, S.A.B. de C.V. (rappreżentant: M. Edenborough QC)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Permezz ta’ digriet tat-13 ta’ Ottubru 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u ddeċidiet li Grupo Bimbo S.A.B. de C.V. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.