18.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fid-9 ta’ Mejju 2016 – Finnair Oyj vs Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia

(Kawża C-258/16)

(2016/C 260/37)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oik.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finnair Oyj

Konvenuti: Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 31(4) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi kkonservat id-dritt ta’ azzjoni, huwa neċessarju, minbarra li jingħata avviż ta’ lment fi żmien xieraq, li l-ilment isir bil-miktub fit-termini previsti fl-Artikolu 31(3)?

2)

Jekk, sabiex jiġi kkonservat id-dritt ta’ azzjoni, ilment għandu jsir bil-miktub fi żmien debitu, l-Artikolu 31(3) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit tal-kitba jista’ jiġi ssodisfatt bi proċedura elettronika flimkien mar-reġistrazzjoni tad-dannu f’sistema ta’ informazzjoni tat-trasportatur?

3)

Il-Konvenzjoni ta’ Montreal tipprekludi interpretazzjoni li biha r-rekwiżit tal-kitba jitqies li ġie ssodisfatt meta, bl-għarfien tal-passiġġier, rappreżentant tal-vettur iniżżel bil-kitba l-avviż ta’ lment/l-ilment jew fuq karta jew elettronikament fis-sistema tat-trasportatur?

4)

L-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Montreal jissuġġetta lment għal rekwiżiti sostantivi oħra li jmorru lil hinn milli jingħata l-avviż lit-trasportatur tad-dannu subit?