11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ April 2016 – Eni SpA, Eni Gas & Power France SA, Uprigaz - Union professionnelle des industries privées du gaz vs Premier ministre, Ministre de l’environnement, de l’énergie et de la mer

(Kawża C-226/16)

(2016/C 251/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eni SpA, Eni Gas & Power France SA, Uprigaz - Union professionnelle des industries privées du gaz

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’environnement, de l’énergie et de la mer

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2010 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jimponi fuq il-fornituri ta’ gass naturali obbligi addizzjonali li jirriżultaw mill-inklużjoni fost il-“klijenti protetti”, li l-konsum tagħhom jikkontribwixxi sabiex jiġi ddefinit il-perimetru tal-obbligi ta’ ħażna intiż sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-provvista, ta’ klijenti li ma jissemmewx fl-Artikolu 2(1) ta’ dan l-istess regolament?

2)

L-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nruo994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jimponi fuq il-fornituri ta’ gass naturali obbligi li jirrigwardaw il-volumi ta’ gass maħżuna u r-rati tal-estrazzjoni marbuta magħhom, kif ukoll iż-żamma ta’ kapaċitajiet ta’ ħażna miksuba taħt id-drittijiet korrispondenti għall-obbligu ta’ żamma tal-ħażniet fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, filwaqt li jipprevedi li l-ministru, fl-evalwazzjoni tiegħu tal-kapaċitajiet ta’ ħażna li għandu fornitur, jieħu inkunsiderazzjoni strumenti oħra ta’ modulazzjoni li huwa għandu?


(1)  Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE (ĠU L 295, p. 1).