18.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill- Amtsgericht München (il-Ġermanja) fit-18 ta’ April 2016 – proċeduri kriminali kontra Tanja Reiter

(Kawża C-213/16)

(2016/C 260/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Tanja Reiter

Parti oħra: Staatsanwaltschaft München I

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 2 u 6(1) u (3) tad-Direttiva 2012/13/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, jipprekludu dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ Stat Membru li tobbliga lil persuna mħarrka fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali taħtar mandatarju għall-finijiet tan-notifika ta’ digriet kriminali li tkun id-destinatarja tiegħu, meta din ma jkollhiex domiċilju f’dan l-Istat Membru, anki jekk, minħabba f’hekk, il-persuna mħarrka ma tibbenefikax mit-terminu kollu stabbilit sabiex tifforma oppożizzjoni kontra dan id-digriet, iżda wkoll ma għandhiex indirizz fejn dan id-digriet jista’ jiġi kkomunikat lilha bil-prova tal-wasla tiegħu, u l-ħatra nominali tal-mandatarju b’indirizz jagħtiha l-possibbiltà li tinforma lill-imsemmi mandatarju bil-post fejn digriet kriminali jkun jista’ jintbagħat bil-prova tal-komunikazzjoni tiegħu?

2)

L-Artikoli 2 u 6(1) u (3) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, jipprekludu dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ Stat Membru li tobbliga lil persuna mħarrka fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali taħtar mandatarju għall-finijiet tan-notifika ta’ digriet kriminali li jikkonċernaha, meta din ma jkollhiex domiċilju f’dan l-Istat Membru, u li tipprevedi li n-notifika lil mandatarju hija suffiċjenti fiha nfisha sabiex tagħti bidu għad-dekorrenza tat-terminu ta’ oppożizzjoni, meta l-persuna mħarrka li minħabba f’hekk tkun iddekadiet mid-drittijiet tagħha tista’ titlob li tiġi rreintegrata fid-drittijiet tagħha bl-iskuża unika tal-fatt li d-digriet kriminali jkun ġie ritrażmess lilha u li hija tkun għamlet l-oppożizzjoni fit-terminu stabbilit wara r-ritrażmissjoni tal-istess digriet, fi kliem ieħor meta hija tkun tista’ sussegwentement tibbenefika mit-terminu kollu billi tiġi rreintegrata fl-istat preċedenti għall-benefiċċju tagħha, anki jekk bħala regola l-liġi tipprevedi l-eżekuzzjoni tad-digriet fil-każ ta’ dekadenza?


(1)  Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali, ĠU L 142, p. 1.