30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-31 ta’ Marzu 2016 – Sadikou Gnandi vs L-Istat tal-Belġju

(Kawża C-181/16)

(2016/C 191/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sadikou Gnandi

Konvenut: L-Istat tal-Belġju

Domanda preliminari

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1), li jobbliga lill-Istati Membri josservaw il-prinċipju ta’ non-refoulement fl-implementazzjoni ta’ din id-direttiva, kif ukoll id-dritt għal rimedju effettiv, previst mill-Artikolu 13(1) tal-istess direttiva u mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn, bħal dik prevista mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/115/KE ċċitata iktar ’il fuq kif ukoll mill-Artikolu 52/3, § 1, tal-Liġi tal-15 ta’ Diċembru 1980 dwar l-aċċess għat-territorju, ir-residenza, l-istabbiliment u t-tneħħija tal-barranin u mill-Artikolu 75, § 2, tad-Digriet Irjali tat-8 ta’ Ottubru 1981 dwar l-aċċess għat-territorju, ir-residenza, l-istabbiliment u t-tneħħija tal-barranin, maċ-ċħid tat-talba għal ażil mill-Kummissarju Ġenerali għar-refuġjati u għall-persuni mingħajr Stat u għaldaqstant qabel ma l-azzjonijiet ġudizzjarji kontra din id-deċiżjoni ta’ ċaħda jkunu jistgħu jiġu eżawriti u qabel ma l-proċedura ta’ ażil tingħalaq b’mod definittiv?


(1)  ĠU L 348, p. 98.