20.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Wrocławia-Śródmieścia we Wrocławiu (il-Polonja) fl-14 ta’ Marzu 2016 – Halina Socha, Dorota Olejnik, Anna Skomra vs Szpital Specjalistycznym im. A. Falkiewicza we Wrocławiu

(Kawża C-149/16)

(2016/C 222/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Wrocławia-Śródmieścia we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Halina Socha, Dorota Olejnik, Anna Skomra

Konvenuta: Szpital Specjalistycznym im. A. Falkiewicza we Wrocławiu

Domandi preliminari

L-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327), moqri flimkien mal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-persuna li timpjega li temenda l-kundizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ remunerazzjoni applikabbli għall-kuntratti ta’ xogħol (avviż ta’ emenda) unikament għal dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni, minħabba sitwazzjoni finanzjarja diffiċli, hija obbligata tapplika l-proċedura prevista mill-imsemmija direttiva u wkoll li tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet sindakali tal-impriża dwar dawn l-avviżi ta’ emenda, minkejja l-fatt li d-dritt nazzjonali, jiġifieri l-liġi tat-13 ta’ Marzu 2003 dwar regoli speċifiċi dwar it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol għal raġunijiet mhux attribwibbli għall-ħaddiema (ĠU 2003, Nruo90, poż. 844 kif emendata), ma tipprovdi, fl-Artikoli 1 sa 6 tagħha, ebda dispożizzjoni applikabbli għal tali emendi tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ xogħol?